Nostalgiji
Fettilli ndur, inkiss inkiss, ma' whud mill-blogs li bosta nies jirreferu ghalihom, u tfajt harsti fuq ix-Xifer... ta' Mark Vella. L-ahhar Blog ta' Mark kien brillanti u, milli stajt nifhem, pjuttost differenti minn tas-soltu ghal dawk li huma suggett u kontentut. Nissuggerilkom taqrawha. Tikkonsisti fi ftit paragrafi dwar il-memorji u n-nostalgija, u kif xrara zghira taf tkebbes huggiega shiha ta' emozzjonijiet. Veru hadt gost naqrah dan il-Blog u, apparti li nkiteb b'mod tassew mirqum, ghal ftit tal-hin wara tibqa' thewden fuq dak li qrajt, b'dik it-toghma simultanja ta' hlewwa u mrar.
Dal-Blog geghelni nahseb ukoll f'sitwazzjonijiet simili li ghaddejt minnhom tul hajti u kif in-nostalgija taf tgharraq bina. Ezempju qasir. Mal-20 sena ilu kont nohrog ma' mara li, ghalija, kienet l-Alfa u l-Omega... il-bidu u t-tmiem ta' kollox. Kont mitluf warajha, f'kull sens tal-kelma. Tifhmunix hazin, izda, dil-mara ma' kienitx xi qaddisa (u f'certu sens mn'alla!) u mil-lat oggettiv ikolli nghid illi din, karatteristici koroh, kellha biex tbigh! Imma mur ghidli dak iz-zmien! F'ghajnejja dil-mara kienet il-perfezzjoni nkarnata u l-ebda turija ta' egoizmu, kefrija, ghira jew stmerrija setghu jdajjfu dar-ritratt mentali li kelli taghha.
Wara xi sena u nofs, armaj, hallietni ghal haddiehor. Mhux hekk imorru l-affarijiet? Izda tahsbux illi qatt insejtha din l-imbierka! Anzi! Mal-moghdija tas-snin bqajt niftakar fiha u aktar m'ghaddha z-zmien, aktar bdejt niftakar u niffoka fuq dawk il-virtujiet kollha li kienet tippossjedi...Virtujiet pregjevoli, dazgur, madankollu virtwali biss! Illum nirrejalizza illi fil-kurrituri mghawwga tal-memorji dil-bniedma rendejtha qaddisa, impekkabbli, vergni u pura qabel it-twelid, u bi sbuhija li ssahhrek. M'hemmx xi nghidu... l-ebda mara ohra ma setghet tikkompetilha f'dal-mohh marid li ried jiftakar biss fil-hrejjef.
Ghaddew bosta u bosta snin u, minn imkien, nircievi telefonata ghall-gharrieda minn ghandha. Kienet Malta (qas kont naf li kienet siefret!) u riedet tiltaqa' mieghi for old times' sake. Apparti l-fatt li lanqas lehqet lissnet l-ahhar kelmiet li diga kont accettajt bi hgari... ghamilt hamest-ijiem nispekula dwar x'kien se jigri. Kif din kienet se terga taqa' ghalija fl-isbah tradizzjoni Hollywoodjana. Kif konna se nitghannqu f'nofs Strada Rjali qisu qatt ma kien xejn. Kif kienet se tistqarr mieghi li hi wkoll hassiet in-nuqqas tieghi tul dawn is-snin u giet Malta ghal tal-apposta biex titlobni skuza u biex, forsi, ma tafx kif....... Insomma. Ghandkom ideja tal-holm li beda jberren f'mohhi f'temp ta' nifs wiehed. Ghal hamest-ijiem shah ma kiltx. Ma rqadtx. Ma stajtx nahdem. Sirt qisni bicca tal-art. Umbaghad, dakinhar tal-Laqgha mort il-Belt siegha u nofs qabel il-hin biex mhux, allahares qatt, ninqabad fit-traffiku u nahxi kollox!
Erba' espressijiet u pakket u nofs Marlboro wara... Sa fl-ahhar waslet. Ma nafx. Forsi kienet l-esspressjoni fuq wicci. Forsi kien il-mod kif bqajt imwahhal mas-siggu skomdu, inhares lejha fit-tul, imhasseb.... Imma minn tbissima wiccha rega ha s-sura ta' eghbusija li kont imdorri nara ghal tant zmien. Imma min kienet din il-mara? Lanqas gharaftha. Mhux li kienet kerha (u mhux li sbiehet, lanqas!)... imma XEJN ma kienet tixbah lil dik li kont ossessjonajt ghal warajha dawk is-snin kollha. Assolutament xejn. Ksaht w'ibbist.
Wara tislijiet ftit jew wisq imbarazzati, bdejna konverzazzjoni innokwa u sterili ghall-ahhar, hadd ma jaf x'jaqbad jghid. Beda jxoqq l-gharaq ghalija. Ma' kull minuta li ghaddiet bdejt nintebah kemm kellha difetti din il-mara ta' holmti! Qisu l-qdusija li ghaliha kont elevajtha fil-memorji, issa mhux talli ggarrfet, talli issa bdiet thaffer hofra mdaqqsa, destinazzjoni nfern! Mah! Jaqq! X'antipatija! Madonna kif tbiccirhom in-nies b'ilsienha! U x'qamel! Hallas kafe' ja mejta bil-guh! Il-ostja!!! Kieku ridt nara kif tomghodu l-ikel kont nistaqsik jien! Dik tebgha li ghandha hemm? U x'dahka dik! Qisha qahba f'nofs xalata! Hmmm... u viva c-cellulite! Il-Qahbec!!!! M'ghandha XEJN interessanti xi tghid, din???
Ghoxrin minuta. Daqshekk issapportejt. Ivvintajt skuza, zewg bewsiet ta' bil-kemm fuq il-haddejn u weghda fiergha li nergghu niltaqghu ma ndumux. Parpart l-hemm saqajja ma' sormi, b'sens kbir ta' ghadab, imrar u ta' liberazzjoni.
Issa nista nerga nibda nghix. U f'ghoxx in-nostalgija!

1 Comments:
Khusboo magazine is a surat based women Fashion Magazine website which provides information about fashion tips and ladies Indian garments. This website is basically fashion and modeling website.
Post a Comment
<< Home