Ta' nofs it-triq
Fil-bidu tas-snin tmenin meta ghext ghal xi zmien l-Italja, kont bdejt insegwi mill-qrib, bhal hafna ko-etanji tieghi, il-Partito Comunista Italiano. Madankollu dan kien zmien ta' bidliet sostanzjali fix-xena politika Taljana, u minkejja l-isforzi kollha ta' Berlinguer (dejjem ikun imfahhar!) xorta kien hemm mewga sostanzjali ta' riforma fi hdan l-istess PCI bi protagonisti li riedu li l-partit isir ferm aktar moderat. X'kuncett mishut, dak! Bosta kienu dawk fil-PCI li kienu jemmnu li l-assocjazzjoni remota li kienet issir fis-snin 70 bejn il-Brigate Rosse u Partit Komunista kienet ghamlet hafna hsara lill-istess partit. Jekk xi darba riedu jiggvernaw, dawn hassew, riedu jaqtghu ghal kollox l-irbit mal-passat. Wara li Berlinguer halliena kien jidher bic-car illi ma tantx kien ghad fadallu wisq hajja l-Partito Comunista. Bil-mod il-mod il-moderati rnexxilhom jahtfu l-pozizzjonijiet kollha mportanti u ttrasformaw il-partit f'wiehed kwalunkwe... sterili, bla karattru u wisq anqas kredibbilta'. Il-Partito Democratico della Sinistra, partit ta' nofs it-triq. Dawn il-fatturi kienu geghelu lili u ohrajn bhali mmorru nhabbtu bibien ohra. Jien ghazilt li nissieheb mad-Democrazia Proletaria ta' Mario Capanna, partit zghir li, izda, kien ghad kellu l-kredenzjali xellugin kollha f'posthom. Imm'anki hawn... l-apatija bdiet taghmel taghha u meta jigri li l-uniku deputat li tkun kapaci teleggi fil-parlament ikun hadd ghajr l-attur Paolo Villaggio (Fantozzi!)... It-tmien ikun ghoddu wasal. Dorna mbaghad ghal Partito Radicale. Dawn iva, hi. Dawn 'ta' veru!'. Heqq. Il-PR kienu vittmi tas-success taghhom stess. Partit li jpoggi l-individalizmu qabel kull haga ohra kien abbandunat mill-individwi li sawwruh ghax l-ambizzjonijiet taghhom ma setghux jespandu b'mod sodisfacenti fil-konfini ta' moviment simili. Imbaghad xbajt. Nahseb li jekk kelli nelenka meta bdiet titkattar go fija d-dizilluzjoni politika, nahseb li kien f'dan iz-zmien. L-affarijiet saru ferm aghar illum. Illum kif tista tghid min hu xellugi u min hu lemini? Il-principji taru lkoll mar-rih u l-idejologiji ssibhom biss fil-vitrini, relikwiji tal-passat. Illum il-politika madwar l-Ewropa (bhal kull haga ohra wkoll) saret wahda "Ta' nofs it-triq" (Middle of the road). U l-problema hi li meta KULHADD qieghed f'nofs il-qahbec triq... Kif tista tiddistingwi l-wiehed mill-iehor? Tlifna s-sustanza f'kollox. M'inix qed nghid li l-militanza estrema u l-fondamentalizmu huma tajbin. Lanqas xejn. Izda ninsab cert li llum il-fundamentalizmu huwa biss reazzjoni naturali ghal mod kif l-idejologiji u t-twemmin gew kompromessi b'tali mod li tilfu kull sura ta' kredibbilta'. Ghax illum kollox huwa 'Light'. Is-sigaretti li tpejjep, il-luminati li tixrob, l-ikel li tiekol, kollox. U l-politika wkoll saret Light. Diet democracy. Zejjinna l-forma u nehhejna kull tracca ta' sustanza. U Malta? Labour Light. Low-Cal P.N. Anki l-A.D. qed tirriskja li ssir 'Good for you' Green. Krizijiet ta' identita' li bil-fors igeghluk titfa' lil kulhadd fl-istess keffa. J'alla qed nezagera.
